Lura fi Frar 2011, il-kantant lokali Glen Vella ħareġ rebbieħ tal-Malta Eurovision 2011 bil-kanzunetta One Life. Minn dakinhar beda l-vjaġġ tiegħu għal Dusselsorf, biex jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest.
Minn dakinhar Glen baqa’ jikseb diversi suċċessi, joħroġ kanzunetti ġodda, jagħti spettakli u jibrilla. Min kellu jgħidilna iżda li 14-il sena wara, ser inkunu qed nerġgħu ngħixu l-ispirtu sabiħ u b’saħħtu tal-kanzunetta One Life?
Hekk hu, Glen għadu kemm ħabbar li ser inkunu qed nisimgħu dalwaqt verżjoni ġdida ta’ One Life!
Glen jikteb, “One Life (2025) Iva ħa tiġri! Din kienet waħda mill-għanijiet din is-sena! Re-make ta’ One Life, il-kanzunetta tiegħi għall-Eurovision lura fl-2011… Ninsab tant eċitat biex naqsamha magħkom!”
Qasam anke filmat li juri mumenti waqt li kien qed jirrekordja l-istess verżjoni ġdida.
View this post on Instagram