Ix-Xahar Ta’ Novembru Huwa Magħruf Bħala ‘Adopt A Senior Month’ – Klieb Ta’ Ċertu Età Għadhom Jistennew!

klieb anzjani

Novembru huwa x-Xahar magħruf bħala Adopt a Senior Month, u f’din l-okkażjoni Is-Servizz Pubbliku qasam messaġġ ħelu biex jiġbed l-attenzjoni lejn klieb ta' età avvanzata li qed ifittxu dar ġdida u familja li tilqagħhom b’imħabba.

Permezz ta’ din il-pubblikazzjoni, il-pubbliku ġie mistieden jiltaqa’ ma’ wħud minn dawn il-klieb, li jinsabu għall-adozzjoni permezz tal-organizzazzjoni Animal Welfare Malta.

Dehru ritratti ta’ klieb anzjani lebsin ħwejjeġ eleganti u aċċessorji divertenti, fosthom kpiepel u nuċċalijiet, biex jagħtu dehra tassew ħelwa u oriġinali.

Is-Servizz Pubbliku ċċara wkoll li l-ilbies muri fir-ritratti ġie ġġenerat bl-użu tal-intelliġenza artifiċjali. Din l-inizjattiva sservi bħala tfakkira li l-klieb anzjani wkoll jistħoqqilhom ċans ieħor fil-ħajja u dar bi mħabba, kumdità u serħan.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI