Aħbar mill-isbaħ għall-familja ta’ Kersten Borg u martu Shanice, diretturi ta' Miss Malta, hekk kif ħabbru li qed jistennew it-tieni tarbija tagħhom, din id-darba tifla! Permezz ta’ kitba ħelwa fuq il-midja soċjali, il-koppja qasmet il-ferħ tagħha u ċċajtat dwar kif binhom Kris dalwaqt se jsir il-kbir.
"Ħsibna li l-iktar biċċa diffiċli kienet li nħeġġu lil Kris joqgħod kwiet għal ritratt tal-familja. Id-darba li jmiss se jkunu tnejn," kitbu biċ-ċajt. Żiedu jgħidu li diġà jħobbu liċ-ċkejkna b’qalbhom kollha u ma jistgħux jistennew biex jiltaqgħu magħha.
Awguri mill-qalb lil Kersten, Shanice u ċ-ċkejken Kris għal din l-aħbar sabiħa!