“Ix-Xinxilli Biss Nisimgħu Fuq Il-Midja. Ommi Suppost Qiegħda F’Isolation Unit Imma Sodod M’Hawnx!” – Moira Delia

Sfortunatament, omm Moira Delia tinsab l-isptar hekk kif mardet bl-influwenza Positive A b’mod gravi. Iżda s-sitwazzjoni fl-isptar qanqlet rabja ġġustifikata ħafna.

“Ix-xinxilli biss nisimgħu fuq il-midja soċjali,” hi kitbet. “Iżda l-verità hija din: Ommi, missieri u oħti mardu bl-influwenza Positive A. Ommi kienet gravi tant li kellha tiddaħħal Mater Dei b’ambulanza wara li sibnieha ‘unresponsive’.”

“Grazzi għad-dedikazzjoni kbira tat-tobba, nurses u carers (li qaluli li hemm bżonn ħafna aktar) hi qed tirkupra bil-mod. Il-problema kbira li hawn hija din - ommi suppost qiegħda f’isolation unit imma sodod fl-isolation unit m’hawns! U minħabba dan ommi qiegħda f’unit ma’ pazjenti oħra! Periklu għal pazjenti oħra. Dik hi r-realtà! Attenti għax din l-influwenza verament tal-waħx!”

Ritratti:

Facebook / Moira Delia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI