“Ix-Xogħol Kien Jidħol Għalih B’Imħabba Liema Bħalha, It-Talent Li Kellu Kien Impekkabli U X-Xogħol Tiegħu Kien Uniku” – Amber

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Amber sellmet il-memorja tal-Maestro Aurelio Belli li ħalla din id-dinja riċentament.

Hi qalet, “Fil-ħajja jkun hemm persuni li mal-ewwel darba li tiltaqa magħhom iħallu impatt fuqek. L-aura paċifika ta’madwarhom, id-determinazzjoni, it-talent jew it-tbissima. Aurelio kellu dawn kollha. Dejjem bi tbissima, anki fit-tbatija.”

Żiedet, “Ix-xogħol kien jidħol għalih b’imħabba liema bħalha. It-talent li kellu kien impekkabli u x-xogħol tiegħu kien uniku. Uniku bħal ma kien hu. Aurelio għanda ħafna x’nitgħallmu minnek. Ħa tibqa ħaj f’kull mużiċist, f’kull kantant u f’kull arranġament li ktibt. Strieħ fis-sliem għażiż. Ħu ħsieb li martek u t-tifla minm hemm fuq.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI