“Xi Kultant Għandna Bżonn Nitbiegħdu Ftit Mill-Iskrin Biex Napprezzaw Il-Mumenti Żgħar Tal-Ħajja… Ħu Ftit Ħin Għalik Innifsek” – Chaz Psaila

Chaz Psaila

F'era fejn il-mobile sar parti essenzjali mill-ħajja tagħna, kultant ninsew kemm hu importanti li nieqfu għal mument u ngħixu dak li qed jiġri madwarna.

Din kienet il-qalba tar-riflessjoni li qasam Chaz Psaila fuq il-midja soċjali, meta rrakkonta kif qatta' ġurnata mingħajr il-mobile u sab li gawdieha ħafna aktar.

Il-messaġġ tiegħu jfakkarna li mhux kull esperjenza hemm bżonn tispiċċa online biex tkun ta' valur. Xi wħud mill-isbaħ mumenti huma dawk li jibqgħu mnaqqxin fil-memorja tagħna.

L-użu tat-teknoloġija għandu ħafna benefiċċji, iżda meta tieħu wisq spazju fil-ħajja ta' kuljum jista' jnaqqas il-ħila tagħna li napprezzaw affarijiet sempliċi: konverżazzjoni ma' persuna għażiża, mixja, jew sempliċement mument ta' kwiet.

"Xi kultant għandna bżonn nitbiegħdu ftit mill-iskrin biex napprezzaw il-mumenti żgħar tal-ħajja. Meta tgħix il-mument, il-ħin ma jgħaddix biss… imma jinbidel f'memorji sbieħ. Ħu ftit ħin għalik innifsek, għax mhux kull mument irid jinqabad bil-mobile biex ikun speċjali," jikteb Chaz.

Kliem li fih x'tomgħod!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI