Il-MP Miriam Dalli qed tiċċelebra anniversarju speċjali flimkien ma’ żewġha John, hekk kif illum jagħlqu 16-il sena flimkien.
F’messaġġ qasir iżda mimli mħabba fuq il-midja soċjali, Miriam kitbet: “16-il sena flimkien. Iż-żmien tassew itir meta tkun qed tieħu pjaċir. Awguri għażiż John."
Il-koppja ilha flimkien għal snin twal u minn żmien għal żmien mhux l-ewwel darba li rajnieha taqsam mumenti personali u sbieħ mal-pubbliku, dejjem b’messaġġi ta’ mħabba u apprezzament lejn xulxin.
Min-naħa tagħna, nawguraw lil Miriam u John aktar snin ta’ ferħ, saħħa u mħabba flimkien.
Fb/ Miriam Dalli