Jagħlaq Sninu L-Kantant Lokali Joe Tanti Ta' Greenfields – Awguri Mill-Qalb!

Bħal-bieraħ jaħbat għeluq snin il-kantant lokali Joe Tanti, magħruf għas-sehem tiegħu fil-mużika Maltija flimkien ma' martu l-mibkija, Carmen Tanti, taħt l-isem Greenfields. Kif tista' tinsihom?

Joe u Carmen għandhom storja twila ta' mużika Maltija b'kanzunetti li baqgħu imsemmija bil-bosta fosthom, Il-Banda t'Indri, Ċeklem Ċeklem Karozzin u Il-Vapur tal-Art. 

Lil din il-koppja ħelwa u bravissima mimlija talent u spirtu pożittiv rajnieha tkanta waqt il-festival Mużika Mużika lura fl-2021 flimkien mal-grupp Malti Bernie & Pod. Dakinhar kantaw il-kanzunetta Iż-Żmien Għaddej flimkien magħhom.

Diversi segwaċi, qraba u ħbieb ħallew ix-xewqat sbieħ tagħhom fuq il-profil ta' Joe u awgrawlu f'dan il-jum speċjali. Minn qalbna ngħidu Awguri kbira lil Joe u nixtiqulu aktar snin ta' saħħa, suċċessi u kuntentizza!

Facebook/ Myra Baldacchino

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI