Il-kantanta u artista Moira Stafrace xtaqet tirringrazzja lil dawk kollha li urew is-sapport tagħhom fit-telfa tal-ġenituri tagħha.
“Grazzi kbira lil dawk kollha li attendew il-quddiesa tat-tifkira tal-ġenituri tagħna lbieraħ filgħaxija… kienet ċelebrazzjoni sabiħa u ħadt gost li rajt tant uċuħ familjari. Nirringrazzjakom kollha talli għamiltuha speċjali bil-preżenza tagħkom,” kitbet hi.
“Il-Mummy u l-papa huma żgur kuntenti… Jalla Alla jberikna b’saħħa biex intaffu l-uġigħ. Qed nimmisjahom ħafna.
58 sena ta’ mħabba
Connie Stafrace 27/07/1945 – 16/01/2021
Maurice Stafrace 22/07/1935 – 29/01/2021”
Il-ħajja kiefra wisq. Nittama li ssib il-kuraġġ kollu li għandek bżonn f’dan iż-żmien tant diffiċli għalik, Moira.
Facebook/Moira Stafrace