Jaqgħlaq Sninu U Jiġbor €7,000 Għal Puttinu Cares Waqt Festin

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Victor tal-Bid Dun li għalaq 57 sena u iċċelebra billi ħaseb f’ħaddieħor. Irnexxielu jiġbor €7,000 f’festin li għamel mal-familja u mal-ħbieb!

Huma qalu, “Victor tal-Big Bun jagħlaq 57 sena u jiċċelebra billi jaħseb f’ħaddiehor! Fil-festin sabiħ li għamel mal-familja u l-ħbieb, inġabru €7,000 f’donazzjonijiet għal Puttinu Cares. Dan kollu bħala ġest ta’ qalb kbira u ġenerożità li tagħmel tassew differenza. Grazzi Victor għall-appoġġ kontinwu tiegħek u għal dan l-att mill-isbaħ. Int tassew eżempju ta’ kif niċċelebraw bil-qalb. Awguri u ħafna aktar snin mimlijin ferħ u saħħa.”

Prosit kbira ta’ dan il-ġest tant sabiħ! Nawgurawlek mill-qalb.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI