F’Mejju li għadda, s-surmast Lelio Spiteri kien qasam mas-segwaċi tiegħu kitba dwar inizjattiva sabiħa fejn numru ta’ studenti mill-Happy School f’Għawdex taw donazzjoni ta’ żraben lil studenti oħra fit-Tanżanija. Illum qasam kitba oħra fejn qal li dawn iż-żraben finalment waslu.
Hu qal, “Għadkom tiftakru meta ktibt dwar l-istudenti tagħna li taw iż-żraben tagħhom għal tfal oħra li jattendu l-iskola primarja ta’ Nadosoito fit-Tanzanija? Waslitli l-aħbar li minkejja elf ostaklu u ntopp, iż-żraben waslu! Ir-ritratti li qed nehmeż jitkellmu waħedhom. Kburi bl-edukaturi u bit-tfal li jattendu l-iskola ferħana tagħna!”
Prosit kbira lil dawk kollha involuti ta’ din l-inizjattiva tant sabiħa.