Dalgħodu, kull min kien qed jisma’ lil Abel, JD, Martina u Rossi baqa’ sorpriż meta f’ħin minnhom instema’ clip fejn JD kien qed jirrekordja xi voice-over biex iħabbar li f’Malta se jkun hawn kunċert kbir fis-sajf.
JD jgħid li hu artist mir-Renju Unit, u jidher li mhux se jkun waħdu, għax aktar tard fil-clip jinstema’ jgħid ukoll li se jkunu żewġ artisti. L-ispekulazzjoni fost dawk kollha li semgħuh live on air dalgħodu dwar min jista’ jkun li se jżur il-gżejjer Maltin hija kbira.
Nistgħu ngħidu li pajjiżna sar sinonimu ma’ kunċerti kbar. Isimgħu l-clip intom ukoll u għidulna min taħsbu li jista’ jkun se jkun qed iżur Malta dan is-sajf.