Riħ Minn Fuq L-Afrika Jġib Ġurnata Sħuna U Umda – Il-Paġna Mid-Djajru Tat-Timba Bl-Aħħar Aġġorament Tat-Temp

Skont aġġornament li ttella’ mill-paġna Mid-Djarju tat-Timba, illum mistennija tkun ġurnata pjuttost sħuna hekk kif ir-riħ qed jippersisti minn fuq l-Afrika ta’ Fuq.

Il-ġurnata se tkun waħda sabiħa u xemxija, għalkemm b’livell ta’ umdità relattivament għoli, b’xi rqajja’ żgħar ta’ sħab jidhru matul il-ġurnata. Minkejja dan, ma hemmx indikazzjoni ta’ xita għal-lum.



Madankollu, jidher li jista’ jkun hemm xi bidla fit-temp għada, u għalhekk wieħed għandu jibqa’ attent għal aktar aġġornamenti.



Fir-rigward tar-riħ, dan se jkun ħafif sa moderat minn nofsinhar, b’mumenti fejn jista’ jilgħab xi ftit. It-temperaturi mistennija jilħqu massimu ta’ 25°C, filwaqt li l-inqas temperatura matul il-lejl tinżel għal madwar 15°C.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI