Wieħed mill-mistiedna tal-programm TVAM kien Dr Charles Mallia Azzopardi, il-Kap tat-Taqsima tal-Mard Infettiv. Hu spjega li mill-istudji li ħarġu s’issa, jidher li min hu mlaqqam bil-vaċċin kontra l-Covid-19 jekk jiltaqa’ mal-virus, u l-virus jimxi fuqu, hu xorta jista’ jgħaddi l-virus lil ħaddieħor.
Ovvjament, Dr Charles Mallia Azzopardi spjega li ċ-ċans li dan jiġri huwa anqas iżda l-possibiltà xorta qiegħda hemm. B’hekk hu importanti li nkomplu nimxu mal-mezzi ta’ mitigazzjoni, ikomplu jintlibsu l-maskri u nieħdu kull prekawzjoni possibbli.
Waqt l-intervista tiegħu hu qal ukoll li grazzi għall-vaċċin, iċ-ċans li wieħed jimrad bil-Covid-19 jonqos għall-inqas minn 5% meta jiġu f’kuntatt dirett mal-virus.