Jekk Xi Darba Ħsibt Li R-Restrizzjonijiet Huma Kollu Għalxejn, Ħares Lejn Dan Ir-Ritratt!

Forsi kemm-il darba smajna dwar l-infermiera u x-xogħol diffiċli li jkollhom. Forsi ilna xhur ngħidu kemm jistħoqqilhom rispett u apprezzament wara ll-ambjent li jridu jħabbtu wiċċhom miegħu ġewwa l-isptar.

Ħaddiema oħra mit-tim mediku, infermiera, qasmet ritratt tagħha bil-marki li ħallitilha l-maskra. L-infermiera tħalli wkoll appell. “‘Ħarsu lejna u ma jibqalkomx dubju minn x’hiex għaddejjin. Ma jibqalkomx dubju ta’ x’qed narraw l-isptar. Ħarsu lejna u ma jitbqalkomx dubju fuq il-maskra. Sigħat twal biha tant li tħalli l-mark tagħha.”

Ta’ min jieħu dawn l-appelli u l-messaġġi bis-serjetà u jimxi mar-restrizzjonijiet u r-regoli li qed jagħtuna l-awtoritajiet għal ġid ta’ kulħadd speċjalment dawk vulnerabbli. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI