Jessica Rae, l-għarusa ta’ Geordie organizzat flimkien ma’ sħabu attività mill-isbaħ waqt il-ġimgħa tal-festa ta’ Marija Bambina fix-Xagħra Għawdex. F’din l-attività inġabret is-somma ta’ €6,050 li ingħatat bħala donazzjoni lil Puttinu Cares.
L-attività kienet imsejħa “Cheers L-Aħwa!”, frażi li tant kien iħobb jgħid Geordie. L-appoġġ minn nies tax-Xagħra kien wieħed kbir u emozzjonali.
“Sabiex iħossu l-preżenza mill-isbaħ mimlija ferħ ta’ Geordie, l-għarusa tiegħu Jessica Rae flimkien ma’ shabu organizzaw attività mill-isbaħ bl-espressjoni li tant kien iħobb jgħid Geordie “Cheers L-Ahwa!”kitbu fuq il-paġna tal-Facebook Puttinu Cares, “Nimmisjawk Geordie…Cheers.”
Facebook/Puttinu Cares