Jessica Vella Tirbaħ L-Ewwel Midalja Tad-Deheb Għat-Tim Malti Fil-GSSE 2025

It-tim Malti rebaħ l-ewwel medalja tad-deheb tiegħu fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa (GSSE) tal-2025 fl-Andorra, grazzi għal Jessica Vella.

L-atleta ta’ 19-il sena kisbet din ir-rebħa fil-Karate Kata. Tat wirja eċċezzjonali mill-bidu sat-tmiem. Vella ikkompetiet kontra l-atleta ta’ Liechtenstein, Aileen Sprenger, u kisbet 37.8 punti. Sprenger kisbet 33.8 punti, u għaldaqstant il-Maltija ħarġet rebbieħa bil-medalja tad-deheb.

Prosit u Awguri għal aktar suċċessi!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI