Jessika U Rowen Muscat Bi Sfida Lil Muxu

Dalgħodu l-kantanta Jessika u l-plejer tal-futbol Rowen Muscat bakkrulu biex imorru jiġru ftit. Rowen staqsa lis-segwaċi tiegħhu fuq Instagram jekk jaħsbux li Jessika laħqet miegħu u Muxu wieġbu li jaħseb li viċe versa li hu ma laħħaqx magħha.



Jessika Rowen



Skond Rowen, Muxu qed ‘itawwal ilsienu’ u b’hekk iddeċidew li jisfidaw lill-Muxu biex nhar il-Ħadd jiġri 6 kilometri!

It-tweġiba tal-Muxu kienet li nhar il-Ġimgħa għeluq sninu u beħsibu jiċċelebra l-Ġimgħa, s-Sibt u l-Ħadd…iżda aċċetta l-isfida għall-ġimgħa d-dieħla!

Ara l-battibekk fuq il-paġni ta’ Instagram ta’ Jessika, Rowen u Muxu.

Filwaqt li nawguraw lil Muxu bil-quddiem għal għeluq sninu, ser inkunu b’għajnejna miftuħa biex naraw irnexxilux iwettaq l-isfida ta’ Rowen u Jessika!

Instagram / @muxumusic



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI