Diversi trends online qed jindikaw liema ġugarelli se jkunu l-aktar popolari għall-Milied 2023. Ħwienet kbar tal-ġugarelli, inkluż Hamley tal-Ingilterra, qed jippreparaw bil-kbir biex ikollhom biżżejjed biex ibigħu.
Grazzi għall-film blockbuster li ħareġ dan is-Sajf u li kiser ħafna rekords, il-pupi ta’ Barbie se jkunu fin-numru wieħed l-iktar ġugarell popolari dan il-Milied.
Il-pupi tal-LOL ukoll huma mistennija li jkunu popolari ħafna, kif ukoll il-logħba Twister Air. Diversi soft-toys bix-xalpi tal-Hogwarts Houses minn Harry potter (Slytherin, Ravenclaw, Hufflepuff u Slytherin) huma mistennija li jinbigħu bil-kbir.
Diversi ġugarelli tal-Marvel, kif ukoll ġugarelli tal-injam għat-tfal żgħar ħafna, ukoll se jkunu popolari.
Jolqtok xi ħaġa minn dawn fil-lista?