Shasha Fabri qasmet messaġġ personali mas-segwaċi tagħha fejn żvelat li bdiet xahar importanti ta’ preparazzjoni qabel operazzjoni li mistennija tagħmel fit-22 ta’ Lulju.
Fil-kitba tagħha, hija spjegat li minn illum se tkun qed tagħmel diversi bidliet fl-istil ta’ ħajja tagħha, fosthom tieqaf tpejjep u tipprova tiekol inqas. Ammettiet li dawn il-bidliet mhux se jkunu faċli għaliha, iżda tinsab determinata li tagħmel l-almu tagħha biex tasal ippreparata għall-operazzjoni.
Shasha qalet ukoll li hija konxja li dan il-proċess jista’ jagħmilha aktar nervuża u sensittiva matul il-ġimgħat li ġejjin, filwaqt li appellat lil dawk qrib tagħha biex jifhmuha u jappoġġjawha.
Il-messaġġ tagħha wassal għal bosta kummenti ta’ inkoraġġiment mingħand is-segwaċi tagħha, li awgurawlha kuraġġ u suċċess għal dak li għandha quddiemha.
Facebook / Shasha Fabri