“Il-Ħajja Qatt Mhi Se Tkun L-Istess Mingħajrek” -Ramires Sciberras B’Messaġġ Għal Nannuh Li Ħalliena

Il-kantant żagħżugħ lokali qasam mument ta’ uġigħ kbir fuq il-midja soċjali, hekk kif ħabbar it-telfa tan-nannu għażiż tiegħu, in-Nannu Charlie.

F’messaġġ mimli emozzjoni, huwa rringrazzjah ta’ snin sħaħ ta’ mħabba, sapport u gwida li dejjem tah tul ħajtu. “Int kont dejjem hemm għalija, temmen fija u tinkoraġġini f’kull pass,” kiteb, filwaqt li enfasizza kemm in-nannu kien pilastru importanti fil-vjaġġ personali u artistiku tiegħu għax kif jgħidu “kliem ix-xiħ żomm fih”.

Huwa fakkar ukoll fil-mumenti żgħar iżda prezzjużi li qasmu flimkien — it-tgħanniq, il-kliem ta’ għerf u t-tbissim li issa saru tifkira għażiża li se jibqa’ jġorr miegħu għal dejjem.

Filwaqt li ammetta li l-ħajja mhux se tkun l-istess mingħajr il-preżenza tiegħu, qal li jsib serħan fil-fatt li l-imħabba u l-gwida tiegħu se jibqgħu jgħixu f’qalbu.

Il-quddiesa tal-funeral se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birkirkara nhar il-Ħamis 25 ta’ Ġunju fit-8:30am.

Strieħ fis-sliem Charlie.







Ritratti:

Facebook/Ramires Sciberras

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI