Jidher Li Ġejjin Jiem Ta’ Maltemp…

Il-paġna tat-tbassir tat-temp, Maltese Islands Weather, tellgħet ritratt tal-ħamest ijiem li ġejjin u t-temp li hu mbassar għalihom. Għal dawk li jħobbu t-temp xitwi, jidher li se jkollna jiem ta’ xita u anke maltemp.

Għada, il-Ħadd, it-temp mistenni jkun imsaħħab iżda nhar it-Tnejn hemm ċans ta’ ħalbiet tax-xita iżolati. It-Tlieta u l-Erbgħa huma mbassra b’maltempati bir-ragħad. Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, it-temp se jkun imsaħħab.

It-temperatura se tibqa’ kostanti bejn l-24 u l-25 grad Celsius massima u l-minima se tkun bejn it-18 u l-21 grad Celsius.





Facebook / Maltese Islands Weather



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI