Jidher Li Hemm Qbil – Kemm Għandna Nistennew Każijiet Illum?

Jidher li n-numri ħa jibdew jonqsu bil-mod, wara numru ta’ jiem fejn in-numri kien qed iqarrbu lejn il-200 kuljum, l-indikazzjonijiet kollha juru li llum għandna nistennew madwar 150 każ ġdid.





Għalkemm dan mhux numru żgħir, huwa numru iżgħar minn dak li konna qed nesperjenzaw dan l-aħħar. Nittamaw li għall-ġurnata oħra jkollna numru sabiħ ta’ nies li fiequ sabiex in-numru ta’ każijiet attivi jkompli jinżel.



Fuq il-mezzi soċjali dalgħodu, it-tabib Frank Portelli, Gerald Fenech u z-Zija TT kollha qalu li hemm madwar 150 każ ġdid ta’ Covid-19. Il-virus għadu preżenti magħna iżda bil-prekawzjonijiet u attenzjoni ta’ kulħadd nistgħu nibdew iniżżlu n-numri.

Ejja nieħdu ħsieb xulxin!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI