Il-mewt ta’ kelb għażiż għal kwalunkwe sid dedikat huwa avveniment li jħalli marka fuq il-ħajja ta’ dak li jkun. Bosta anke jsostnu li jħossu t-telfa ta’ annimali daqs li kieku ħallijhom membru tal-familja. Teddy Farrugia għadda minn din l-esperjenza sena ilu meta Ivy li kellha 14-il sena mietet. Sal-lum il-ġurnata għadu jżomm il-memorja tagħha ħajja permezz ta’ kitbiet u ritratti fuq il-paġna IVY my love.
Hu qal, “L-għaxqa tagħha toqgħod hekk fuqi. Hekk kienet tħobb toqgħod Ivy. Konna nqattgħu s-sigħat hekk. Inkellimha u ngħidilha kemm inħobbha u titfissed. Żmien li qatt mhux se jiġi u li tant nimmissja. Kemm kont ngħafasha miegħi.”