“Tul Dan Il-Vjaġġ Mill-Aktar Impenjattiv, L-Isbaħ Destinazzjoni Hija Dik Li Twassalni Sabiex Inqatta’ L-Ħin Miegħek Ma” – Marilena Gauci

Riċentament, Marilena Gauci li persważ li m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni, ħabbret li ser tkun qed toħroġ għall-politika. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha irriflettiet kif dan il-vjaġġ wassalha biex tqatta’ aktar ħin m’ommha.

Hi qalet, “Tul dan il-vjaġġ mill-aktar impenjattiv, l-isbaħ destinazzjoni hija dik li twassalni sabiex inqatta’ l-ħin miegħek ma…Mill-mumenti bikrin ta’ din l-esperjenza, waqt diskussjonijiet u ħsibijiet li jiena qsamt miegħek, tassew irrealizzajt li minkejja l-karattri differenti tagħna, hemm passjoni u grinta li jiena fija nħoss, u li definittivament writt mingħandek!”

Żiedet, “Minn qalbi, ngħidlek GRAZZI ~ nirringrazzjak tal-umilta’, tal-ġenerożita’, tal-ġenwinita’ u tal-umanita’ li tant tisħaq dwarhom u li tassew tipprattika fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum. Grazzi għal mod li bih għallimtni sabiex nittratta lil kull individwu b’IMĦABBA, irrispettivament id-differenzi. Grazzi tal-imħabba profonda tiegħek ma.”







Ritratti:

Marilena Gauci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI