Bil-Filmat: Li Saċerdot Ma Jiżżewwiġx Mhux Kastig – Fr. James Iwieġeb Mistoqsija Ta’ Ħafna

Fr. James jaqra mistoqsija

Ħafna jsemmu li l-qassis ma jiżżewwiġx minħabba l-impenji tiegħu. Filmat li xerrdu l-Arċidjoċesi ta’ Malta, juri lil Fr James jitkellem dwar raġuni oħra dwar dan u kif b’xi mod, tista’ tkun grazzja kbira.

“Il-fatt li jien ċelebi hi grazzja kbira. Ħafna nies jaħsbu li hi kwistjoni ta’ ħin u prattiċità, forsi xi ftit ukoll, iżda l-akbar raġuni għalfejn is-saċerdot ma jiżżewwiġx, hi biex qalbu ma tkun ta’ ħadd partikolari, u tkun ta’ kulħadd.”

Iqis li din hi grazzja kbira li fil-qalb tiegħu kull persuna hi importanti indaqs u l-istess. Segwi l-filmat hawn taħt:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI