Sonny U Cher – Għaddiet Aktar Minn Sena U Ħadd Għadu Ma Wera Interess Li Jadottahom

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, MSPCA laqqgħu lis segwaċi tagħhom ma’ Sonny u Cher li ilhom aktar minn sena jfittxu d-dar dejjiema tagħhom.

Huma qalu, “Għaddiet aktar minn sena u lanqas applikazzjoni waħda. Lanqas persuna waħda ma għażlitna. M’aħniex ġriewi, imma lanqas m’aħna kbar… sempliċement żewġt iqlub li qed jiġu injorati. Mhux dejjem konna nafu x’inhi l-imħabba. Konna mbeżżgħin, nitħawwdu u nistaħbew fil-kantunieri. Imma ħdimna ħafna fuqna nfusna, issa nafdaw, nagħmlu ħbieb u nieħdu pjaċir bl-affarijiet iż-żgħar.”

Żiedu, “Illum Sonny liebes il-harness ta’ Superman għax anke jekk id-dinja tinjorana… xorta għandna lil xulxin. Imma għadna nittamaw. Għadna nemmnu li xi ħadd, xi mkien, se jarana u jagħżilna.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI