Il-kantanta rebbieħa ta’ Britain’s Got Talent tas-sena li għaddiet Sydnie Christmas ħalliet kumment sabiex tfaħħar l-interpretazzjoni tal-kantanta ċkejkna Audrey Schembri, kantanta ta’ 7 snin li bilmod il-mod qiegħda tagħmel isem għaliha permezz ta’ kompetizzjonijiet lokali u dawk barra minn xtutna.
Audrey interpretat il-verżjoni li għamlet Sydnie Christmas tal-kanzunetta Tomorrow u kellha kliem ta’ tifħir għall-kantant ċkejkna. Hi qaltilha li għamlet kull nota perfetta u li hi ma setgħetx kantanta aħjar minn hekk. Sejħtilha still u qaltilha li tinsab tant u tant kburija biha. F’kumment ieħor qaltilha li jekk ġa qed tkanta hekk ta’ 7 snin, min jaf kif se tkun qed tkanta meta jkollha 29 sena!
Audrey b’reazzjoni għall-kumment ta’ Sydnie qalet li ma tistax temmen li Sydnie rat il-wirja tagħha u faħħritha daqstant. F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Audrey kull suċċess għas-snin futuri. Se nisimgħu aktar dwar din il-kantanta ċkejkna fil-futur. Ibqa’ aħdem, stinka u tgħallem biex ittejjeb lilek innifsek!
Awguri!
View this post on Instagram