“L-Adozzjoni Mhijiex Deċiżjoni Temporanja … L-Annimali Mhumiex Oġġetti Li Nagħtu Jew Nirritornaw” – Vuċi Għall-Annimali

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Vuċi għall-Annimali tkellmu dwar l-adozzjonijiet tal-klieb fejn naraw ħafna annimali jfittxu d-dar dejjiema tagħhom wara li jkunu ilhom snin ma’ familja.

Qalu, “Naraw ħafna posts – klieb u qtates mogħtija għall-adozzjoni, kollha bl-istess kliem. “With a heavy heart.” Xi sitwazzjonijiet fil-ħajja huma reali mard, problemi serji, sitwazzjonijiet diffiċli fejn tassew ma jkunx hemm għażla. Imma ħafna drabi… hemm għażla. Għażla li ma ppjanajniex biżżejjed. Għażla li ma fhimniex kemm hu impenn. Għażla li meta l-ħajja tinbidel… il-kelb ma jibqax “jaqbel”. Kelb mhuwiex fażi. Mhuwiex konvenjenza. Mhuwiex xi ħaġa li tpoġġi fuq hold jew tagħti lil ħaddieħor meta ma tibqax tajba għalik.”

Żiedu, “Għalihom inti d-dinja kollha tagħhom. U meta jitilqu mid-dar tagħhom, ma jifmux il-kliem “heavy heart”. Jifhmu biss li ġew abbandunati. Wasal iż-żmien li nibdlu l-mentalità. L-adozzjoni mhijiex deċiżjoni temporanja. L-annimali mhumiex oġġetti li nagħtu jew nirritornaw. Responsabbiltà tfisser għal ħajjithom kollha mhux sakemm ikun konvenjenti. Qabel tieħu annimali, staqsi lilek innifsek: Se nibqa’ hemm għalih anke meta l-affarijiet jinbidlu? Għax huma… jibqgħu hemm għalik, dejjem.







Ritratti:

Facebook/Vuċi ghal-annimali

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI