Mara ta' madwar tlettin sena għamlet kuntatt magħna u spjegatilna x'qed tħoss u kif affetwaha l-Covid-19. Din il-mara kienet pjutost b'saħħitha u tistqarr magħna li ma kellha xejn sakemm ħakimha l-Covid.
"Bdejt b'naqra mnieħri miżdud, għedt abli xi sinus sa ma ddeċidejt li nagħmel swab u ħareġ fil-pożittiv" tgħidilna din il-mara. Minn dakinhar bkiet u ħasset kollox idur biha. "Wara ħarġuli s-sintomi li la nista' nxomm u lanqas intiegħem. Xejn dwejjaq kbar la ttiegħem l-ikel u lanqas ixxomm x'qed tiekol!" tgħidilna.
Għaddew madwar 14-il ġurnata minn mindu sabu li kienet pożittiva. "Issa qed inħossni mhux ħażin għal grazzja t'Alla". Din il-mara tixtieq tgħaddi messaġġ, "Oqgħodu ġewwa d-dar u mal-familja tagħkom dan il-Milied u l-Ewwel tas-sena, żgur Ġesu Bambin fit-twelid tiegħu jridna li din is-sena tkun b'differenza li ngawduh mal-għeżież tagħna jekk vera nħobbuhom" tgħid din il-mara.
Tajjeb li nżommu ġo rasna biex inkunu prudenti f'dawn il-festi u dejjem nipprattikaw id-distanza soċjali!