Persuna importanti immens f'ħajjet il-preżentatur Luke Dalli llum tiċċelebra għeluq sninha. Ħadd ħlief l-għażiż missieru, Patrick Dalli.
Luke qasam post li tefa' missieru, fejn fiha waqt li jirringrazzja lil kulħadd tax-xewqat sbieħ, isemmi fost l-iktar grazzji f'ħajtu li jinsab kburi bihom. Apparti minn hekk jinsab ħerqan għal dak li jmiss fil-futur.
Waqt li xerred il-post ta' missieru Patrick, Luke kiteb, "Ir-Re tal-Kastell. Awguri f'għeluq sninek. Inħobbuk immens. Ad multos annos."
F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw l-isbaħ xewqat lill-għażiż missieru u nittamaw li jkollu jum mill-isbaħ, u sena mimlija avventuri, saħħa u hena flimkien mal-għeżież uliedu u n-neputijiet li tant iħobb. Awguri.
Facebook/ Luke Dalli