Jitfakkar It-Tieni Anniversarju Mill-Mewt Ta’ Patri Dumink Bonello OFM

Patri Dumink

Illum, il-Ħamis 17 ta’ Settembru, jaħbat it-Tieni Anniversarju tal-mewt ta’ Patri Dumink Bonello OFM Conv., minn Ħal Tarxien, reliġjuż magħruf għat-tjubija u l-ħeġġa tiegħu fil-qadi tal-missjoni tiegħu.

Patri Dumink kien studja fil-Kunvent tal-Belt u fl-Istitut Teoloġiku ta’ Padova, u wara serva bħala Surmast tal-Postulanti fil-Kunvent ta’ Għawdex.

Kien Gwardjan u Vigarju Kurat ta’ San Pawl il-Baħar, kif ukoll Gwardjan fil-komunitajiet ta’ Għawdex, Birkirkara, Burmarrad u r-Rabat.

Il-ħidma tiegħu wasslitu wkoll barra minn Malta, fejn kien missjunarju fit-Turkija u serva bħala Kappillan u Gwardjan f’Istanbul. L-Arċisqof Gonzi kien ħatru wkoll Kappillan tal-Monasteru ta’ Sant’ Ursola fil-Belt Valletta.

Patri Dumink kien bniedem ta’ diversi talenti. Ifforma parti mill-komunità ta’ Birkirkara. Ħalla din id-dinja nhar il-Festa tal-Pjagi ta’ San Franġisk, fis-17 ta’ Settembru 2024, fl-età ta’ 94 sena.

Insellmulek, Patri Dumink!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI