Il-kantanta lokali Celine Agius, li rajnieha fuq X Factor Malta, qasmet mas-segwaċi tagħha aġġornament dwar il-vjaġġ personali li għaddejja minnu, hekk kif żvelat li s’issa rnexxielha tnaqqas 45 kilo. F’messaġġ qasir iżda sinifikanti fuq il-midja soċjali, Celine fissret li għad fadlilha triq quddiemha biex tilħaq l-għan tagħha.
“Vjaġġ twil ħafna. 45 kilo inqas. Fadalli 66 kilo... Dik it-tfajla ta’ 190 kilo spiċċat għal dejjem,” kitbet Celine. Kliemha juri d-determinazzjoni tagħha hekk kif tkompli għaddejja b’dan il-vjaġġ pass wara pass. It-telf ta’ 45 kilo diġà jirrappreżenta bidla sostanzjali minn fejn bdiet, filwaqt li Celine stess tagħmilha ċara li għadha qed tħares ’il quddiem lejn il-mira li trid tilħaq.
Nawgurawlha li tkompli tieħu ħsieb tagħha nnifisha u tilħaq l-għanijiet personali tagħha bl-aħjar mod għaliha.
Facebook / Celine Agius