“Jien U L-Baby Kollox Sew” Jennifer Dimech Wara Li Ġiet Pożittiva Għall-Coronavirus

Il-‘make up artist’ Jennifer Dimech żvelat fuq il-profil tagħha li ħarġet pożittiva għall-Coronavirus.

Hi spjegat is-sintomi li għandha fejn qalet li ma tistgħax ittigħem jew ixxomm, darha juġagħha u kellha wkoll riħ. Għalkemm hi tinsab pożittiva serħet moħħ is-segwaċi li kemm hi u kif ukoll it-tarbija jinsabu tajbin.



Aħbar tajba għas-segwaċi tagħha ma naqsitx għaliex fuq Instagram ser tkun qed taqsam kontenut differenti mid-dar tagħha u ser tkompli tikkomunika man-nies onlajn.

Jennifer irringrazzjat lil dawk kollha li ħadu interess fiha u bagħtulha l-messaġġi.

J’Alla ma ddumx ma joħroġlok riżultat tal-coronavirus negattiv, Jennifer!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI