Jinħarġu L-Ewwel Filmati Tas-Sensiela Karmena Abdilla Li Ser Tibda Fil-Ħarifa

Permezz ta’ kitba u filmat fuq il-paġna tagħhom, it-tim ta’ Karmena Abdilla qasmu mas-segwaċi tagħhom togħma minn dak li għandhom jistennew għal Ottubru li ġej.

Huma qalu, “Għall-ewwel darba, il-praspar ta’ Karmena Abdilla f’sensiela televiżiva. Segwi hawn l-ewwel filmati minn din is-sensiela komika li ser tibda tixxandar mill-iskeda l-ġdida tal-ħarifa.”

Fil-filmat rajna bosta atturi veterani li se jkunu qed jieħdu sehem fosthom Tonio Vella, Fabian Scerri de Carlo u Frida Cauchi. F’waħda mill-aktar partijiet prominenti ser naraw lill-ikonika Soraya li ser tkun qed tinterpreta l-parti ta’ Karmena.

Prosit u awguri kbira lit-tim kollu!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI