Jinqabad Il-Qattiel Ta’ Tupac Shakur 27 Sena Wara D-Delitt

Il-pulizija Amerikana akkużat eks mexxej ta’ gang bil-qtil tar-rapper Tupac Shakur fl-1996, avvanz f’każ li ilu għaddej 27 sena.

Il-leġġenda tal-hip-hop li twieled f’New York ġie maqtul b’erba’ tiri fl-età ta’ 25 sena f’attakk drive-by f’Las Vegas.

Ilbieraħ, il-ġurija kbira ta’ Nevada akkużat lil Duane “Keffe D” Davis, ta’ 60 sena, b’akkuża waħda ta’ qtil b’arma fatali.

Il-Pulizija qalet li hu kien ippjana l-isparatura fatali wara li n-neputi tiegħu kien involut fi ġlieda ma’ Shakur f’każinò.

Davis ġie arrestat ħdejn id-dar tiegħu f’Las Vegas kmieni lbieraħ, u se jidher il-qorti fi ftit jiem.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI