Kien bidu ta' tmiem il-ġimgħa mimli mħabba, ċelebrazzjoni u emozzjonijiet kbar għax-xena mużikali lokali hekk kif żewġ kantanti magħrufa Cherylis u Kimberly Cortis uffiċjalment qalu s-Signor Si f’ċerimonja mill-isbaħ. Imdawra bil-familjari tagħhom, qraba u l-eqreb ħbieb, il-koppja fakkret dan il-jum tant mistenni f’atmosfera ferrieħa u eleganti li żgur se tibqa' mmarkata f'qalbhom għal dejjem.

Kemm Cherylis kif ukoll Kimberly huma ismijiet ferm maħbuba fix-xena lokali, magħrufa għall-vuċijiet u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom f’diversi festivals u produzzjonijiet ta' suċċess. Ir-rabta u l-kompliċità ta' bejniethom dejjem kienu jispikkaw, iżda l-mument li fih ingħaqdu fi żwieġ kien il-qofol ta' vjaġġ romantiku u personali li issa daħal f’kapitlu ġdid fir-relazzjoni tagħhom.
Awguri mill-qalb.