Mument ta' ferħ kbir għall-atturi maħbuba lokali Ryan Galea u Maria Galea Farrugia hekk kif uffiċjalment saru ġenituri għat-tieni darba. Il-koppja ħabbret din l-aħbar mill-isbaħ permezz ta’ messaġġ kommoventi li minnufih ġibed il-qlub tas-segwaċi u l-ħbieb tagħhom.
B’dedika mimlija mħabba u sinifikat profond, huma qasmu s-sentimenti tagħhom bil-kliem: "Our double rainbow has finally joined our world. Our second born. Here’s to our beautiful girls, Georgie and Maggie, our whole world.", hekk kif id-dar tagħhom imtliet b'barka doppja wara li ċ-ċkejkna Georgie issa saret oħt il-kbira għat-tarbija l-ġdida, Maggie.
Kemm Ryan kif ukoll Maria huma żewġ uċuħ ferm familjari u stmati fit-teatru u t-televiżjoni lokali, b'udjenzi numerużi li dejjem segwew mhux biss il-karrieri artistiċi tagħhom, iżda wkoll il-ħajja personali u familjari tagħhom. Ir-reazzjonijiet fuq il-midja soċjali kienu immedjati, b'mewġa ta' xewqat sbieħ u merħba kbira liċ-ċkejkna Maggie.
Awguri mill-qalb!
Facebook/Ryan Galea