“John's Food Market Wara 38 Sena Ta’ Servizz Mhux Se Nerġgħu Niftħu L-Bibien Tiegħu.” – John's Food Market

John's Food Market ta' Ħ'Attard, fuq il-mezzi soċjali tagħhom, ħabbru li l-bibien tagħhom se jagħlqu darba għal dejjem. Huma kitbu, "Għeżież ħbieb, filwaqt li nixtiequ ngħidulkom li wara ftit xhur id-deċiżjoni ttieħdet. John's Food Market wara 38 sena ta’ servizz mhux se nerġgħu niftħu l-bibien tiegħu."

Huma jżidu, "Kienu snin twal indimentikabbli li se nibqgħu nġorruhom f’qalbna. Grazzi ħbieb għax dejjem hekk ħassejna li kienu l-klijenti tagħna. Intom parti mill-istorja tagħna flimkien ma’ kull min ta’ kontribut matul dawn is-snin: aġenti, rappreżentanti tal-bejgħ, persuni tal-kunsinni, ħaddiema u b’mod speċjali l-ġenituri tagħna li kienu warajna dejjem."

Fl-aħħar ittemmu jgħidu, "Grazzi minn qalbna f’isem il-familja, nixtiqulkom ħafna saħħa, ferħ u kuntentizza u nħallu f’idejn il-Mulej, x’għandu ppreparat għalina fil-futur. Żommu dejjem dik it-tbissima… u tinsewx!"

Facebook / John's Food Market

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI