Josuel Grech Jitlaq Lejn Memphis Biex Jirrappreżenta Lil Malta Fuq L-Akbar Palk Fid-Dinja Għall-Ispettakli Ta’ Elvis Presley!

Il-kantant u impersonatur ta’ Elvis Presley, Josuel Grech, beda l-vjaġġ tant mistenni tiegħu lejn l-Istati Uniti hekk kif se jerġa’ jirritorna f’Memphis biex jieħu sehem f’wieħed mill-aktar avvenimenti prestiġjużi ddedikati lil-leġġenda tar-rock ’n’ roll.

F’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali, Josuel stqarr li wara ġimgħat ta’ stennija u eċċitament, wasal il-mument li jerġa’ jaqbad it-triq lejn il-belt li fiha Elvis Presley ħalla marka li għadha tgħix sal-lum.

Huwa qal li jħossu onorat li se jkun qed jirrappreżenta lil Cooly Rocks On Official fuq "l-akbar palk ta’ Elvis fid-dinja", fejn se jingħaqad ma’ artisti u dilettanti ta’ Elvis minn madwar id-dinja kollha biex jiċċelebraw il-mużika, il-wirt u l-komunità li tkompli żżomm ħaj l-ispirtu tal-‘King of Rock ’n’ Roll’.

"Memphis… narak dalwaqt," temm jgħid Josuel, hekk kif beda l-avventura l-ġdida tiegħu fl-Istati Uniti, fejn se jkompli jġorr il-bandiera Maltija fuq xena internazzjonali ddedikata lil wieħed mill-akbar artisti fl-istorja tal-mużika.

Ritratti:

Facebook / Josuel Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI