Jum Speċjali Għal Mason Falzon Wara Li Fl-Istess Jum Temma L-Kura U Għalaq Sninu – Puttinu Cares

Hemm mumenti fil-ħajja li jkunu ferm aktar speċjali minn oħrajn, speċjalment meta jimmarkaw it-tmiem ta’ vjaġġ diffiċli u l-bidu ta’ kapitlu ġdid mimli tama.

Mason Falzon kellu għalfejn biex jiċċelebra bil-kbir wara li għaqqad flimkien żewġ okkażjonijiet importanti ħafna għalih: it-tmiem tal-kura tiegħu u għeluq sninu. Għaldaqstant, din il-festa ma kinitx biss okkażjoni ta’ ferħ għal Mason u għall-għeżież tiegħu. Kienet ukoll opportunità biex jgħin lil ħaddieħor, tant li waqt din l-attività nġabret is-somma sabiħa ta’ €550 b’risq Puttinu Cares.

F’messaġġ li qasam Puttinu Cares, rringrazzja lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom, b’ringrazzjament speċjali lil Luglio Bar & Lounge f’Raħal Ġdid talli ospita din il-festa u għamel ukoll donazzjoni ġeneruża. Din iċ-ċelebrazzjoni tfakkarna li wara kull sfida jista’ jasal mument ta’ ferħ, u li l-ġenerożità tista’ tagħmel differenza fil-ħajja ta’ ħaddieħor.

It-Tim ta' Gwida.mt jawgura lil Mason f'dan il-jum tant importanti għalih, filwaqt li jixtieqlu sena mimlija saħħa, ferħ u tbissim!

Ritratt:

Facebook/Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI