“00:30 AM… Kien L-Aħħar Nifs Tiegħek Li Rajtek Tieħu, Wara Dik It-Tbatija Inġusta” – Iz-Ziju Ta’ AJ

Hemm telfiet li lanqas iż-żmien ma jista’ jtaffi. Waħda minnhom hi, tal-familja ta' AJ, li diġà għaddew sena mingħajru.

F’messaġġ emozzjonanti, zijuh James fakkar, il-mument diffiċli tal-aħħar nifs tan-neputi tiegħu, iż-żmien li kellu jgħaddi minn tbatija kbira u l-vojt enormi li ħalla fil-qalb tal-familja tiegħu. “Għadni lanqas irrid nemmen li għaddiet sena sħiħa mingħajrek,” kiteb zijuh, filwaqt li stqarr kemm għadu jħoss in-nuqqas tal-preżenza u l-vuċi tiegħu.

James jistqarr, li m’hemmx minuta waħda li tgħaddi mingħajr ma jiftakar fin-neputi u li, minkejja li għadda ż-żmien, in-nuqqas tiegħu ma naqas xejn, tant li sal-lum għadu jistaqsi il-għala, kellu jgħaddi minn dik it-tbatija kollha. Il-memorji, iżda, jibqgħu ħajjin f’qalbu.

“Sena mingħajrek, A.J., imma mhux ġurnata waħda mingħajr ma tkun f’moħħi u f’qalbi,” temm jgħid James, b’messaġġ li jfakkarna li l-imħabba tibqa' għal dejjem, għalkemm l-firda xorta tibqa' tinħass peress li l-preżenza fiżika ma tgħib qatt.

It-Tim ta' Gwida.mt flimkien ma' oħrajn, jagħti l-kondoljanzi lill-familja kollha!

Ritratt:

Facebook/James Stoner

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI