Illum hija ġurnata mimlija mħabba u emozzjoni għal Maronia Gray u żewġha Lawrence, hekk kif qed jiċċelebraw żewġ okkażjonijiet importanti fl-istess jum – l-anniversarju taż-żwieġ tagħhom u għeluq snin Lawrence.
F’messaġġ sabiħ u mill-qalb li Maronia qasmet fuq il-midja soċjali, hija esprimiet l-imħabba, ir-rispett u l-gratitudni tagħha lejn ir-raġel li, kif tiddeskrivih hi stess, huwa l-pedament tal-familja tagħhom.
“Għażiż tagħna, illum ġurnata speċjali għalina għax il-birthday tiegħek u l-anniversarju tagħna,” kitbet Maronia, qabel kompliet tirringrazzjah tal-imħabba u r-rispett li dejjem juri lejn il-familja. Hija enfasizzat ukoll kemm Lawrence dejjem jipprova jagħmel minn kollox biex jarahom kuntenti.
Madankollu, kif tgħid hi, l-aktar ħaġa importanti għaliha u għal binhom Liam mhijiex xi ħaġa materjali, iżda s-sempliċi fatt li jkunu flimkien u jgawdu lil xulxin kemm jista’ jkun. “Għalija u għal Liam tagħna l-iktar ħaġa importanti li nkunu flimkien u ngawdu lil xulxin kemm nistgħu aħna m’aħna xejn mingħajrek,” tkompli tgħidlu b’ton emozzjonanti.
F’messaġġ li jqanqal qalb kull min jaqrah, Maronia tfakkar lil Lawrence kemm huma kburin bih u tgħaddilu kliem ta’ kuraġġ, bl-istess mod kif hu dejjem jinkoraġġixxi lil binhom biex qatt ma jaqta’ qalbu mill-ħolm tiegħu. “Jien nibqa’ ngħidlek l-istess kliem biex ma tħalli lil ħadd u xejn ikissirlek dak li tħobb u dak li int uniku fih tagħmel,” kitbet.
Il-messaġġ jagħlaq b’tifkira qawwija ta’ kemm flimkien dejjem għelbu kull ostaklu, u bi wegħda ta’ lealtà u mħabba bla kundizzjoni. “Ftakar dejjem li flimkien dejjem għelibna kull ostaklu u hekk ħa nibqgħu nagħmlu u fl-aħħar, bħalma dejjem ngħidlek, lili u lil Liam ħa ssibna dejjem warajk inħobbuk għal dejjem b’imħabba kbira.”
Messaġġ li jfakkarna li, lil hinn miċ-ċelebrazzjonijiet u d-dati, il-familja, l-appoġġ u l-imħabba huma dak li verament jagħtu t-tifsira lill-ħajja. F’isem it-tim ta’ Gwida, ngħaddulhom l-awguri tagħna!
Facebook / Maronia Gray