MiIl-Ġimgħa D-Dieħla Tfal Tal-Iskola Se Jibdew Jingħataw Ikla Ħut B’Xejn Darba Fil-Ġimgħa

Mill-ġimgħa d-dieħla se tkun qed tieħu l-ħajja f’erba’ skejjel primarji differenti f’pajjiżna, inizjattiva li kienet tħabbret xhur ilu fejn tfal tal-iskola, bil-kunsens tal-ġenituri tagħhom, se jingħataw ikla ħut b’xejn kull nhar ta’ Ġimgħa.

L-għan ewlieni ta’ din l-inizjattiva hu proprju li tħeġġeġ lit-tfal Maltin sabiex jaddottaw drawwiet ta’ ikel li huma ta’ ġid għal saħħithom.

Għal issa din l-inizjattiva se tkun qiegħda tiġi implimentata fuq skala żgħira u b’mod temporanju. Fil-fatt, mistennija tiddaħħal fis-seħħ għal perjodu ta’ erba’ ġimgħat fl-iskola primarja ta’ Marsaxlokk, Ħal Għaxaq, l-Imsida kif ukoll San Ġwann.



Intom x’taħsbu dwar din l-inizjattiva?





Ritratti:

Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI