Jissuġerixxi Li Bil-Liġi Fit-Traffiku L-Karozzi Jintalbu Joqogħdu Fil-Ġenb Biex Jgħaddu Muturi U Vetturi Ta’ Emerġenza

L-opinjonista lokali Glen Ciantar qanqal dibattitu fuq il-midja soċjali dalgħodu wara li ssuġerixxa li għandha tiddaħħal liġi f’pajjiżna li twassal sabiex il-karozzi jiġu mitluba joqogħdu fil-ġenb tat-triq meta jkunu mwaħħlin fit-traffiku inkella jiġu mmultati.

L-għan ta’ din il-miżura tkun li muturi kif ukoll vetturi oħrajn tal-emerġenza jkunu jistgħu jgħaddu mingħajr xkiel fil-ħinijiet tat-traffiku.

Glen semma li liġi ta’ din ix-xorta diġà teżisti fil-Ġermanja u saħaq li jekk tiġi implimentata f’pajjiżna tista’ tkompli tħeġġeġ l-użu tal-muturi fost il-pubbliku u b’hekk possibbilment jitnaqqas it-traffiku.



Intom taqblu ma’ dan is-suġġeriment?





Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI