Każ Importat Tal-Covid-19 – Jidher Li Hu Każ Minn Barra

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw li kien hemm każ ġdid tal-Coronavirus. Dan ġie rreġistrat matul il-lejl. It-Times of Malta rrapurtaw li l-każ huwa importat. L-ajruport ta’ Malta reġa’ fetaħ għat-titjiriet kummerċjali minn nhar l-Erbgħa.





Wara jiem ta’ bla każi, illum ġie rreġistrat każ ġdid. Kellna wkoll każ wieħed ta’ rkupru biex il-każijiet attivi baqgħu 13. Ċifri mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa juru li saru 981 test matul il-lejl. B’kollox saru total ta’ 98,139 test mill-bidu tal-pandemija.

S’issa Malta kellha 672 każ ta’ Coronavirus minn meta ġew identifikati l-ewwel pazjenti fil-bidu ta’ Marzu. Disa’ pazjenti mietu filwaqt li l-maġġoranza l-kbira 650, irkupraw.

Aġġornat: Qed jingħad li l-każ li kien importat, ġie minn titjira ta’ ripatrijazzjoni.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI