"Kburi U Grat Immens Li Nagħmel Parti Mill-Familja Ta' Jamie Lloyd u Andrew Lloyd Webber!" – Iż-Żeffien Malti Damian Buhagiar

F’April tħabbar li ż-żeffien lokali Damian Buhagiar se jkun qed jingħaqad mal-kast tal-produzzjoni tant mistennija – EVITA. Din qed tittella’ taħt id-direzzjoni ta’ Jamie Lloyd, fil-Palladium Theatre ta’ Londra.

Damian, magħruf għall-wirjiet qawwija tiegħu u t-talent vokali eċċezzjonali tiegħu. F’din il-verżjoni ġdida ta’ EVITA, Damian jingħaqad ma’ kast distint li fih fost l-oħrajn lil Rachel Zegler (li dehret bħala Snow White) fl-irwol ta’ Eva Perón.

L-artist lokali jesprimi gratitudni lejn in-nies kollha li qed jesprimu appoġġ kbir lejh u lejn il-kast ta’ EVITA

“Insibha diffiċli biex nesprimi bil-kliem kemm dan l-ispettaklu atletiku jfisser għalija fil-karriera tiegħi! Li nkun imdawwar bl-aqwa żeffiena u kreattivi fil-West End huwa tal-għaġeb u nħossni kburi u grat immens li nagħmel parti mill-familja ta’ Jamie Lloyd u Andrew Lloyd Webber!”

Damian ikompli jikteb, “Grazzi The London Palladium talli tajtni opportunità daqshekk speċjali biex inħaddan is-sentiment sabiħ li nieħu sehem fuq dan il-palk sabiħ u maġiku kull lejl!”

Qasam diversi ritratti mill-isbaħ li juru mumenti indimentikabbli tul din l-esperjenza speċjali. Awguri għal iktar suċċessi Damian!

Damian Buhagiar







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI