Michelle, omm iċ-ċkejkna Francesca, fissret il-ferħ tagħha li tara lil bintha tipparteċipa f’tant kompetizzjonijiet tal-immudellar fejn fil-fatt ilbieraħ irnexxielha tikklassifika b’suċċess fit-tielet post fil-kompetizzjoni Malta’s Locality Stars.
“Qalbi timtela bil-ferħ meta narak timmudella,” saħqet Michelle li appellat lil bintha sabiex tkompli tagħmel dak li tant tieħu gost tagħmel.
Hi rringrazzjat ukoll lil Sue Rossi kif ukoll lil Ivan Gaffiero talli dejjem għenu liċ-ċkejkna Francesca fit-traġit tagħha fl-immudellar.
Prosit, Francesca!
Ritratti: Facebook / Michelle Rausi