“Kburija Ħafna Bik, Kuġina!… Sentejn Ilu, Kelli L-Unur Li Nkun Fuq Dak L-Istess Palk” – Kaya Gouder Curmi

Keyana

Il-kantanta lokali Kaya Gouder Curmi qasmet messaġġ mimli emozzjoni u inkoraġġiment lil kuġintha, li dalwaqt se tirrappreżenta lil Malta fil-festival internazzjonali Slavanski Bazaar fil-Belarussja.

Kaya qalet li tinsab kburija ħafna biha u awguratilha tgawdi kull mument ta' din l-esperjenza, filwaqt li ħeġġiġha temmen fiha nnifisha u tagħti l-aqwa prestazzjoni tagħha fuq il-palk.

Fil-messaġġ tagħha, Kaya fakkret li sentejn ilu kienet hi stess li kellha l-opportunità tirrappreżenta lil Malta fl-istess festival, esperjenza li ddeskrivietha bħala waħda mill-aktar memorabbli f'ħajjitha.

Hi temmet l-awgurju tagħha billi qalet li diġà tinsab kburija b'kuġintha u esprimiet it-tama li tagħmel isem għal Malta fuq il-palk internazzjonali.

Awguri!

Ritratti:

Facebook/ Keyana Brydon

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI