“Kburin Bik Kull Jum” – Victorio Gauci Jawgura Lil Ibnu Gianni F’Għeluq Sninu

Il-kantant lokali Victorio Gauci qasam messaġġ mimli mħabba biex jawgura lil ibnu, Gianni, fl-okkażjoni ta' għeluq il-11-il sena minn twelidu. Fuq il-midja soċjali, Victorio ddeskriva lil Gianni bħala tifel straordinarju u qal kemm hu sentiment mill-isbaħ u għall-familja kollha li jarawh jikber u jiżviluppa f'żagħżugħ b'karattru sabiħ.

Huwa stqarr li hu u l-familja tiegħu huma kburin immens bil-persuna li qed isir Gianni, filwaqt li wegħdu li se jkomplu jkunu ta' sostenn għalih f'kull pass tal-vjaġġ tiegħu u f'kull avventura li ġġib magħha l-ħajja. Victorio temm il-messaġġ tiegħu billi fakkar lil ibnu li dejjem se jsibhom warajh, jappoġġjawh u jħeġġuh f'kull pass li jagħmel.

Awguri lil Gianni f'dan il-jum speċjali, b'xewqat għal ħafna snin oħra mimlijin saħħa, ferħ u suċċessi.

Ritratti:

Facebook / Victorio Gauci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI